Malta tilfet tmintax-il pożizzjoni fl-indiċi għal-libertà tal-istampa biex issa tinsab fil-65 post mis-47 post li kienet tokkupa fl-2017.
Dan it-tnaqqis hu simili għal dak li sofriet il-Mawritanja, biex issa Malta qiegħda fl-istess livelli tal-Malawi, El Salvador u ftit ‘il fuq minn pajjiżi oħra Ewropej bħall-Kroazzja, l-Ungerija u l-Greċja fost oħrajn.
Reporters without Borders l-għaqda responsabbli minn dan l-istħarriġ qalet li l-ambjent li kien joffri sigurtà lill-ġurnalisti qed imur għall-agħar madwar l-Ewropa, b’mod partikolari wara l-qtil ta’ żewġ ġurnalisti fosthom dak ta’ Daphne Caruana Galizia.
Semma kif fil-każ ta Daphne Caruana Galizia hi kienet ilha snin mhedda u meta nqatlet kienet fil-mira ta’ 42 kawża ta’ libell ċivili u ħamsa oħra libelli kriminali.
Dan l-indiċi ilu jsir sa mis-sena 2002 fejn jitkejjel il-livell ta’ libertà għall-ġurnalisti f’180 pajjiż minn madwar id-dinja.
//= $special ?>