Nhar il-Ħadd li ġej #occupyjustice u Awturi se jkunu qed jorganizzaw manifestazzjoni għall-ġustizzja u l-verità fid-dawl ta’ dak li qed jiġri f’pajjiżna.
Fi stqarrija #occupyjustice u Awturi qalu li huma mħassba tassew fuq l-aħħar żviluppi.
L-ewwel, irriżulta bl-aktar mod ċar li l-Ministru Konrad Mizzi gideb lill-Parlament Malti u lill-Parlament Ewropew u kemm hu u kemm il-Kap tal-Uffiċju tal-Prim Ministru Keith Schembri gidbu lill-poplu kollu dwar l-involviment tagħhom f’17 Black.
Iż-żewġ gruppi qalu li llum nafu bi provi dokumentati li dawn ramaw strutturi biex jaqilgħu 150,000 ewro fix-xahar kull wieħed minn tixħim u l-Prim Ministru baqa’ ma keċċihomx.
It-tieni, rapporti f’mezzi internazzjonali qal li aktarx is-servizzi ta’ sigurtà Maltin kienu ilhom jissemmgħu ‘il wieħed mill-allegati qattiela ta’ Daphne Caruana Galizia minn qabel qatilha u m’għamlu xejn biex iwaqqfuh. Minkejja dawn ir-rapporti ma ssejħet ebda investigazzjoni. Il-Prim Ministru jmexxi l-kumitat ta’ sorvelja tas-servizzi ta’ sigurtà u ma ta ebda tweġiba fuq dak li ġara.
Għalhekk iż-żewġ gruppi sejħu din il-manifestazzjoni bħala talba sinċiera għall-Ġustizzja u l-Verità.
//= $special ?>