It-tmexxija tal-Istat Ġermaniż tal-Bavarja ordna li fid-dħul tal-bini pubbliku kollu jitwaħħal Kurċifiss. Markus Söder, il-Prim Ministru tal-Bavarja, qal li l-Kurċifiss ma kellux jitqies bħala simbolu reliġjuż imma bħala konferma ċara tal-identità tal-Bavarja u l-valuri Insara. Bħalissa l-Kurċifiss kien ob-bligatorju biss fil-klassijiet ta’ skejjel pubbliċi u l-qrati. Id-digriet se jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju. Söder qal li l-Kurċifiss kien simbolu fundamentali tal-identità tal-Bavarja. Hu qal li dak kien jirrappreżenta l-valuri fundamentali bħall-karità, id-dinjità umana u t-tolleranza. Huwa ċaħad li din il-miżura kienet tmur kontra n-newtra-lità reliġjuża. Id-deċiżjoni tapplika għall-bini li jaqa’ taħt il-kontroll tal-Istat tal-Bavarja u mhux dawk federali.
Fi Frar, l-Istat tal-Bavarja kien ħabbar pjani biex ikun ipprojbit il-velu li jgħatti l-wiċċ kollu f’bini tal-Gvern, skejjel, universitajiet u waqt is-sewqan.
Ordni biex jitpoġġa l-Kurċifiss fid-dħul ta’ bini pubbliku fil-Bavarja


