Numru ta’ posters fl-Universita’ ta’ Malta sfaw ivvadalizzati lejliet il-ġurnata li fiha eluf ta’ studenti se jkollhom id-dritt għall-votazzjoni biex jeliġġu ħdax-il kandidat fil-Kunsill Studenti Universitarji. Mir-ritratti ppubblikati minn għaqda ġurnalistika magħmula minn studenti Universitarji, The Third Eye, jidher li matul il-lejl ġew vandalizzati bi spray aħmar.
Fuq il-poster b’wiċċ il-kandidat għall-President f’isem l-SDM, Carla Galea, inkitbu l-ittri ‘ROAR’, filwaqt li fuq numru ta’ kandidati oħra nkitbet formula matematika bl-istess spray aħmar.
Dan hu t-tieni att vandalu fuq il-posters tal-SDM matul din il-kampanja.
Din is-sena għall-ewwel darba l-elezzjoni ta’ għada se ssir b’sistema ta’ votazzjoni online, fejn l-istudenti se jirċievu link b’email li minnha jkunu jistgħu jivvutaw. Din l-idea innovattiva saret bħala tentattiv biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-istudenti fl-elezzjoni.
Ukoll, wara snin ta’ nuqqas ta’ kontestazzjoni mill-għaqda Pulse, din is-sena se jerġgħu jikkontestaw kontra l-kandidati tal-SDM. Fl-istess elezzjoni ta’ għada se jikkontesta l-kandidat indipendenti Kris Bajada.
Fi stqarrija maħruġa mill-għaqda SDM, huma insistew li attakki bħal dawn iġegħluhom jaħdmu aktar, u mhuwiex sew fuq studenti li jaħdmu u jiddedikaw ħinhom u l-enerġija biex jagħtu lura x-xogħol lill-komunita’ Universitarja. Minn naħa l-oħra, il-Pulse wkoll ikkundannat assolutament dan l-aġir u vendikazzjoni fuq strutturi u posters tal-SDM. Tenniet li li hija ta’ ħsara li wara li jkunu ħadmu, ippjanaw, u ħarġu l-flus biex isiru dawn it-tip ta’ loġistika tarahom ivvandalizzati.
Intant, l-istess għaqda SDM qed taħdem fuq proposta dwar it-trasport u l-problema ta’ parkeġġ fl-Universita’, fejn ta’ kuljum numru kbir ta’ studenti jilmentaw. B’idea innovattiva, dalgħodu saret prova ta’ kif din il-problema tista’ tittaffa. Sabiex juru kif din il-proposta proattiva tista’ titħaddem, madwar tletin karozza pparkkjaw Ta’ Qali u minn hemm vann organizzat ħa l-istudenti lejn l-Universita’. B’hekk din is-sistema’ proposta tal-park and ride se tkun qed tnaqqas in-numru ta’ karozzi li jkunu qegħdin jokkupaw spazju ta’ parking.
//= $special ?>