Futbol Sport

SKANDLU FIL-MEDIA SPANJOLA: Akkużi li Barcelona kienu tilfu kontra Roma apposta

Il-website Spanjola Diario Gol qed tikkwota sorsi mill-kuriduri tal-Bernabeu.

It-tim ta’ Roma ilbieraħ tilef 5-2 f’Anfield kontra Liverpool. Tim li ħafna qas għarfuh mill-aħħar konfront li kellhom fiċ-Champions League kontra l-qawwa ta’ Barcelona. Tim li elimina ġganti bħal Messi Dembele u Suarez. Iżda lbieraħ krolla quddiem it-tim ta’ Klopp, minkejja bidu pożittiv fl-ewwel minuti.

Fil-Kwarti Finali, Roma kienu għamlu rimonta mirakoluża meta għelbu lil Barcelona 3-0 fl-Olimpico.

Issa, fil-media Spanjola qed iddur xniegħa li Barcelona tilfu appost dak il-konfront. U dan sabiex ma jkunx hemm l-iċken possibilta’ li fis-semi finali jiġu kontra Real Madrid, u jiġu umiljati mit-tim ta’ Ronaldo.

Din it-teorija li ħafna qed iqisuha mġebbda, tindika ukoll li Suarez u Messi huma aktar iffukati fuq it-Tazza tad-Dinja fir-Russja milli fuq il-logħob tal-klabb tagħhom.