Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kompla bis-sensiela ta’ żjarat f’diversi postijiet tax-xogħol bħala parti mill-attivitajiet li jfakkru Jum il-Ħaddiem.
Il-Ħamis, Adrian Delia zar il-lukanda Hilton fejn intlaqa’ mill-General Manager tal-Lukanda Matthew Mullan u d-Direttur tal-Business Development Julian Diacono.
Adrian Delia dar diversi zoni tal-lukanda fosthom ir-ristoranti, il-bars, it-terrazzini fejn iltaqa’ u qal kelmtejn mal-ħaddiema li kienu għaddejjin fuq xogħolhom.
F’kumment ma’ Net News fi tmiem iz-zjara, Adrian Delia tkellem dwar il-qasam tat-turizmu. Qasam li sejjer tajjeb hafna izda li ghandu wkoll l-isfidi tieghu li wiehed jaghmel tajjeb li jindirizzahom.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mill-Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit u Kelliem dwar it-Turiżmu Robert Arrigo, l-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, id-Deputat Karl Gouder, u l-President tal-Forum tal-Intrapriżi Żgħar u Medji tal-Partit Nazzjonalista Andre Grech.
//= $special ?>