Dalgħodu, il-Qorti Kostituzzjonali sabet li d-drittijiet kostituzzjonali ta’ Silvio Zammit li jinsab mixli b’attentat ta’ tixħim fil-każ dwar id-direttiva tal-Unjoni Ewropea fuq is-snus qed ikunu preġudikati.
Kien permezz tal-avukati tiegħu Edward Gatt u Kris Busietta li Zammit fetaħ il-kawża kontra l-Avukat Ġenerali minħabba dewmien fil-proċeduri kriminali kontrih.
L-Imħallef Anna Felice sabet li qed ikun hemm dewmien inutli fil-proċeduri biex il-Prosekuzzjoni tressaq il-provi kontra Silvio Zammit. Il-Qorti qalet li dan jikser id-drittijiet ta’ Zammit.
Il-Qorti qalet li ġie miksur d-dritt tar-rikorrent għal smigħ xieraq fi żmien raġjonevoli, liema ksur
se jissokta sakemm il-prosekuzzjoni tagħmel dak kollu li għandha tagħmel sabiex jew tottjeni d-diposizzjoni tal-aħħar xhud li għad jonqosha mill-aktar fis possibli, jew tipproċedi skont il-liġi mingħajr ma tressaq l-imsemmija xhud.
L-Imħallef qalet li f’dan l-istadju m’għandhiex tkun hi li tiffissa terminu sabiex il-prosekuzzjoni tressaq lix-xhud Inge Delfosse jew fin-nuqqas tordna lill-Avukat Ġenerali jipprocedi mingħajr id-deposizzjoni ta’ din ix-xhud.
//= $special ?>