Lokali

Il-Kamra tal-Kummerċ tibda tiċċelebra il-170 sena mit-twaqqif tagħha

"L-industrija kummercjali m’għandhiex biss tkun f’saħħitha imma wkoll nadifa" - l-Arċisqof

Fl-aħħar jiem saret quddiesa li tmexxiet mill-Arcisqof Charles J. Scicluna fil-bini tal-Kamra tal-Kummerċ fil-Belt Valletta, fl-okkażjoni tal-170 anniversarju mit-twaqqif tagħha.

Fl-omelija tiegħu lill-membri tal-Kamra tal-Kummerċ, l-Arċisqof tkellem dwar l-erba’ pilastri ta’ kummerċ li jagħmlu ġieħ lill-pajjiż: il-governanza tajba, l-integrità, ir-rispett lejn id-dinjità tal-ħaddiema u l-ġid komuni.

L-Arcisqof qal li l-industrija kummercjali m’ghandhiex biss tkun f’sahhitha imma wkoll nadifa, mhux biss fil-kriterji taghha imma wkoll fl-ghanijiet taghha u bil-mod kif taghmel il-flus. Qal li ma jagħmilx unur għall-pajjiż li jagħmel profitt minn dak li joħloq dipendenza f’ħaddiehor u jkisser il-familji, iċċaħħad lill-persuni mid-dinjità taghhom, jew ikisser liz-żgħażagħ.

Mons. Arċisqof awgura lill-Kamra tal-Kummerċ li tkompli tohloq ambjent ta’ fiducja u tissielet ghal ambjent ta’ vera libertà.

Il-Kamra tal-Kummerċ twaqqfet fl-1848.