“Jason Micallef ftit wera x’jaf dwar kultura, il-kummenti tiegħu huma partiġġjani, u kulħadd ikkundanna l-mod li bih iddeskriva lil Daphne Caruana Galizia. Micallef għandu jitlaq issa mit-tmexxija tal-V18”.
Hekk intqal illum fl-editorjal ta’ The Malta Independent wara li kompliet tikber il-pressjoni biex Jason Micallef jitneħħa minn din il-kariga.
L-editorjal jgħid illi hu “inkredibbli kif Gvern li wiegħed li se jagħmel lil Malta l-għira tal-Ewropa, spiċċa jumilja lill-pajjiż f’kull okkażjoni li jkollu”.
Ilbieraħ 134 artist, flimkien ma’ 24 artist ieħor li żammu l-identita’ tagħhom mistura, iddeskrivew l-imġieba ta’ Jason Micallef bħala “irresponsabbli u tal-mistħija.”
Il-petizzjoni hi indirizzata direttament lill-Prim Ministru Joseph Muscat, flimkien mal-Ministru Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari Deo Debattista – jitolbuhom biex ineħħu lil Jason Micallef mill-kariga li qed jokkupa minħabba l-ħsara li qiegħed jagħmel f’dan l-avveniment tant speċjali għall-pajjiżna.
L-ittra tal-petizzjoni, tinkludi numru ta’ artisti magħrufa ġejjin minn kull qasam aritsitku; dawk tal-palk, kitba, arti mużikali, arti viżiva, fost l-oħrajn.
//= $special ?>