Ekonomija Lokali

“Negozji f’Malta qed isibu ruħhom marbutin bla flus” – rapport fil-Business Observer

Rapport ippubblikat illum f’The Malta Business Observer jitfa’ dawl fuq il-problemi kbar ta’ cash-flow li qed jiffaċjaw diversi negozji f’pajjiżna, li qed jagħmlu minn kollox biex jirkbu fuq dak li l-Gvern isejjaħlu suċċess ekonomiku.

F’kummenti lil din il-gazzetta, il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija CreditInfo, Simon Camilleri, sostna li ħafna negozji Maltin qed iġebbdu fil-flus, u jinsabu b’idejhom marbutin.

“Donnu hemm ħafna qed jidħlu għal self jew ftehim ta’ immaniġjar ta’ flus. Iżda l-għaqal irid ikun kif dan is-self se jitħallas lura biex ma tispiċċax imsallab”, qal is-CEO ta’ CreditInfo.

CreditInfo hi kumpanija internazzjonali li toffri servizzi ta’ Credit Risk Management.