Lokali Saħħa

Strajk fl-ispiżerija tal-Gvern

Il-UĦM Voice of the Workers ordnat biex l-emerġenzi isiru kollha

L-ispiżjara li jaħdmu bix-xiftijiet u l-ispiżjara ta’ matul il-jum illum kienu fuq strajk minħabba l-ammont ta’ xogħol u n-nuqqas ta’ impjegati f’Mater Dei.

Il-problema żviluppat minħabba nuqqas ta’ spiżjara fl-Isptar Mater Dei, ħafna minnhom impjegati li jitilqu għal pagi aħjar jew persuni li jieħdu transfer. Iżda għal dawn mhux qed ikun hemm replacement.

Nies li tkellmu magħna semmewlna każijiet ta’ persuni li marru jiġbru l-mediċina għat-tfal tagħhom u ma setgħux. F’każ partikolari, omma kellha taqbeż id-doża ta’ mediċina li tagħti lit-tifel tagħha matul il-jum. Dan wara li mill-ispiżerija ta’ Mater Dei qalulha li qedgħin fuq strajk.

Ian Mark Zammit, f’isem il-UĦM, ikkonfermalna li għaddejin dawn id-direttivi. U qalilna li dan hu każ ta’ immaniġjar ħażin f’Mater Dei.

Zammit qalilna li l-union ordnat biex l-emerġenzi isiru kollha.