Lokali

Taljan iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza

Illum, għall-ħabta tal-10:15am il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Rodolfu, Tas-Sliema.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fil-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel Taljan li għandu 51 sena, għal xi raġuni safa milqut minn vettura tat-tip Hyundai i10.

Il-vettura kienet qiegħda tinstaq minn raġel ta’ 76 sena, residenti San Ġiljan.

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.