Illum, għall-ħabta tal-11:30am il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f’Misraħ Karlu Diacono, iż-Żejtun.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fil-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li mara ta’ 78 sena, residenti ż-Żejtun sfat milquta minn vettura tat-tip Peugeot Bipper li kienet misjuqa minn mara ta’ 30 sena residenti Birżebbuġa.
Il-mara ta’ 78 sena ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza sabiex tingħata l-kura meħtieġa.
Iktar tard, hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.
//= $special ?>

