Il-grupp leġġendarju Żvediż Abba ħabbar li wara nuqqas ta’ 35 sena mix-xena mużikali, kien se jerġa’ joħroġ xi kanzunetti. Ma ngħatat ebda data ta’ meta jew kemm.
Imma waħda minnhom ‘I Still Have Faith In You’ se tindaqq f’Diċembru waqt programm speċjali li se jixxandar mill-BBC fir-Renju Unit u l-NBC fl-Istati Uniti. Il-grupp iżda għamilha ċara li ma kien se jagħmel ebda kunċerti.
//= $special ?>A message from ABBA pic.twitter.com/BFEst4qh0P
— Official International ABBA Fan Club (@officialabbafan) April 27, 2018