Lokali

AĠĠORNATA: “L-ajruplan mhux skont il-Ftehim Kollettiv” – ALPA

Aġġornata 20.15:

Skont sorsi li għandna jidher li l-bdoti qed itiru fuq ajruplan li mhux konformi mal-ftehim kollettiv. Għax l-ajruplan għandu nuqqas tekniku.

Jidher li d-dewmien tal-lum ma kinitx minħabba l-azzjoni tal-piloti, imma minħabba l-ħsara teknika.

Aktar qabel:

Il-Linja Nazzjonali tal-Ajru l-Air Malta preżentat manda ta’ inibizzjoni fil-konfron tal-Assoċjazzjoni tal-Bdot Maltin l-ALPA wara l-azzjonijiet industrijali ordnati aktar kmieni li wasslu biex it-titjira mill-ajruplan 9H-AHS kellha titħassar.

L-Air Malta qalet li din l-azzjoni min-naħa tal-bdoti wasslet biex inkiser il-ftehim kollettiv li hemm iffirmat bejn iż-żewġ naħat.

Aktar qabel l-ALPA ordnat li Il-bdoti m’għandhomx itajru l-ajruplan li żdied mal-flotta aktar kmieni din il-ġimgħa.

L-Air Malta saħqet li din l-azzjon mhux biss kienet sproporzjonata, li se tiswa lil Air Malta tal-anqas €180,000 fi spejjeż, imma wkoll kienet tmur kontra l-ftehim kollettiv li kien iffirmat fl-aħħar xhur.

Skont l-Air Malta il-kwistjoni kollha hi dwar buttuna nieqsa fil-kabina li tħassar konverżazzjonijiet tal-bdoti wara titjira li tkun marret sew, xi ħaġa li l-Air Malta kienet se tirrimedja.

Air Malta akkużat lil ALPA li dawn l-azzjonijiet saru wkoll biex jitħarbtu pjanijiet ta’ vaganzi hekk kif tmiem il-ġimgħa li ġejja jista’ jkun wieħed twil.

Il-linja tal-ajru ikkundannat dawn l-azzjonijiet u qalet li se tagħmel minn kollox biex tipproteġi l-interessi tal-passiġieri tagħha.