Lokali

Faċċata ta’ binja fl-Imsida ċċedi għat-triq

Fortunatament ħadd ma weġġa’, u ma jidhirx li saret ħsara fuq propjetà ta’ terzi, meta faċċata ta’ blokka bini fl-Imsida niżlet fit-triq.

Il-każ seħħ fi Triq il-Wied tal-Imsida, bejn il-Ġibjun u l-Għajn tal-Ħasselin, meta ħaddiema tal-kostruzzjoni kienu qed iwaqqgħu l-binja. Jirriżulta, madankollu li xi ħaġa marret ħażin, bil-faċċata spiċċat tinżel fit-triq.

Filwaqt li fil-ħin tal-inċident ma nzertawx għaddejjin karozzi, quddiem il-binja ma kienx hemm karozzi pparkjati, hekk kif fil-post kien hemm permess validu biex ħadd ma jipparkja.

Minkejja dan, intbagħat Uffiċjal tal-Pulizija biex jiżgura li ma jkunx hemm periklu sakemm il-ġebel jitneħħa mit-triq.

Il-binja qabel twaqqgħet