Il-Federazzjoni tal-futbol Ġermaniż (DFB) ippreżentat b’mod uffiċjali l-kandidatura tagħha biex torganizza l-Kampjonat Ewropew tal-2024. F’Marzu li għadda l-UEFA kienet diġa’ kkonfermat l-Ġermanja jew it-Turkija se jorganizzaw l-edizzjoni tal-2024.
B’hekk, issa jmiss lill-Federazzjoni Torka biex tippreżenta l-kandidatura tagħha u d-deċiżjoni finali dwar min se jorganizza l-edizzjoni ta’ sitt snin oħra titħabbar fis-27 ta’ Settembru li ġej.
Ta’ min jiftakar li l-Euro 2020 se tkun organizzata bejn 12-il belt Ewropea u fl-2024 dan it-turnament se jerġa’ jibda jsir f’pajjiż wieħed.
//= $special ?>