Ġiet evitata traġedja hekk kif ġebla minn sit ta’ kostruzzjoni waqgħet għal fuq bus stop fi Triq Ġorġ Borg Olivier, it-triq ta’ max-xatt bejn Tas-Sliema u San Ġiljan.
Dan kien ikkonfermat mill-Pulizija, li nfurmawna wkoll li mmedjatament malli daħal ir-rapport intbagħtu fil-post il-Pulizija tad-Distrett.
Fortunatament ħadd ma ntlaqat minn din il-ġebla, iżda l-każ seta’ kellu riperkussjonijiet ferm agħar.
//= $special ?>

