Lokali

Iktar minn 290 parteċipant għal attività b’risq il-Fondazzjoni Alive f’Ħaż-Żabbar

Nhar il-Ħadd li ġej Triq il-Kunsill tal-Ewropa f’Ħaż-Żabbar se tinbidel bi spettaklu ta’ karozzi u muturi, kompetizzjonijiet ta’ saħħa, muzika u divertiment f’attività organizzata minn MMG promotions fi ħdan is-Soċjetà Filarmonica Maria Mater Gratiae flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar.

Din l-attività, Żabbar Autofest, qed issir b’risq l-Alive Foundation, bid-donazzjonijiet li jinġabru jmorru għar-riċerka għall-kanċer.

Dawk li jattendu jistgħu josservaw mill-qrib u jammiraw id-dedikazzjoni tal-entużjasti lokali tal-vetturi, kompetizzjoni għat-titlu tal-iktar karozza baxxa, mużika minn mużiċisti lokali kif ukoll spettakli ta’ saħħa minn Tony Farrugia u Mr. Cool.