Lokali

Il-Kap tal-PN Adrian Delia jkompli biż-żjarat marbuta ma’ Jum il-Ħaddiem

Adrian Delia tkellem dwar is-sehem tal-anzjani fis-soċjeta' tagħna

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia f’waħda miż-żjarat li qed jagħmel fl-okkażjoni tal-festa ta’ Jum il-Ħaddiem, żar Hilltop Gardens, fin-Naxxar fejn iltaqa’ mal-impjegati li jaħdmu għar-residenti. Hu iltaqa’ wkoll ma’ residenti t’hemmhekk, fejn qasmu xi esperjenzi u stejjer tagħhom.

Adrian Delia tkellem mal-ħaddiema dwar il-ħajja f’din ir-residenza flimkien ma’ diffikultajiet li jsibu kull ġurnata.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia tkellem dwar is-sehem tal-anzjani fis-socjeta’ u kif dan it-tip ta’ servizz qed jgħin lill-anzjani biex ikomplu jikkontribwixxu fis-soċjetà.

Hilltop Gardens huwa kunċett ġdid ta’ villaġġ residenzjali tal-anzjani li għandu l-għan li dawn jibqgħu jgħixu fil-komunità. Post fejn wieħed jista’ jgħix b’mod individwali u fl-istess ħin jingħataw attenzjoni personali.

Ritratti: Matthew Tabone