Il-maratona tal-Fondazzjoni U din is-sena mhux biss qed tiġbor il-flus għall-missjoni, imma wkoll dawk inqas ixxurtjati f’Malta.
Id-donazzjonijiet se jassistu l-missjoni tal-Isqof Ġorġ Frendo fl-Albanija, kif ukoll dik tal-Kapuċċin Joseph Mutuse Musau fil-Kenja.
Iżda għall-ewwel darba, id-donazzjonijiet se jmorru wkoll b’risq it-tfal inqas ixxurtjati f’Malta, li għalihom hemm is-Sorijiet Ursolini kif ukoll il-Fondazzjoni Karl Vella.
Dwar dan tkellimna ma’ Dun Ġwann Farrugia.
Il-Ħadd li ġej il-maratona se tintwera’ wkoll fuq Net Television.
//= $special ?>
