Lokali

IL-PJAGA TAL-KIRJIET: Joffrulek li tgħix f’dan il-garaxx għal €450 fix-xahar

Ir-reklam jgħid li fil-garaxx jistgħu jorqdu żewġ persuni

Wara l-istejjer li ppubblikajna fl-aħħar xhur, issa fuq l-internet feġġ reklam ta’ garaxx li qiegħed jitpoġġa’ għall-kiri biex fih JGĦIXU N-NIES.

Il-garaxx qed jinkera bl-għamara b’kollox, u hemm numru tal-mobile tal-persuna li qed tikrih.

Il-propjetarju qed jirreklama dan il-garaxx fil-Mellieħa bħala propjeta’ li tinsab pass ‘il bogħod mill-baħar.

Il-garaxx qed jingħata biss għal kirjiet fit-tul.