Lokali

Jinqabad fil-fatt waqt li kien qed jagħmel ‘hold-up’ f’Ta’ Xbiex

Raġel ta’ 34 sena residenti l-Gżira ġie arrestat fuq il-post fi Triq il-Prinċipessa Margerita f’Ta’ Xbiex wara li pprova jisraq minn ħanut tal-Convenience Shop. Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3.30pm.

Il-pulizija qalulna li r-raġel kien wiċċu mgħammad u kellu arma tan-nar f’idu, li wara rriżultat li kienet arma finta, u talab il-flus lill-kaxxiera, tfajla ta’ 18-il-sena. Huwa nqabad fuq il-post mill-pulizija hekk kif dan kien ħiereġ mill-ħanut tal-merċa.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.