Lokali

Jitgħallmu u jiksbu valuri ġodda waqt attività b’differenza minn Aġenzija Żgħażagħ

Grupp ta’ madwar 300 student minn diversi istituzzjonijiet edukattivi f’pajjiżna qattgħu numru ta’ ġranet iduru pajjiżna b’double decker, f’attivitajiet u workshops differenti li wasslu biex akkwistaw diversi esperjenzi u valuri.

L-istudenti, mill-Giovanni Curmi Higher Secondary School, MCAST Paola, Sir M.A. Refalo Gozo u G.F. Abela Junior College, ipparteċipaw f’workshops li ppromwovew il-volontarjat barra minn xtutna, l-istudju barra minn pajjiżna, ivvjaġġar kif ukoll internships u traineeships.

Fost dak li ħareġ minn din l-attività organizzata mill-Aġenzija Żgħażagħ hemm l-effetti pożittivi li s-safar bħala esperjenza ta’ studju jħalli fuq l-iżvilupp personali, l-impjegabbiltà, it-tisħiħ tas-sens ta’ ċittadinanza Ewropea u l-valur tat-tolleranza għad-diversità li l-mobbiltà tħalli fuq l-individwu.