Internazzjonali

Ministru tal-Intern ġdid fis-Slovakkia

Fi Bratislava, il-kapitali tas-Slovakkia, ħadet il-ġurament tal-ħatra Denisa Sakova bħala l-Ministru tal-Intern ġdid.
Dan wara li dak preċedenti rriżenja bħala effett tal-qtil ta’ ġurnalista li kien hemm fil-21 ta’ Frar. Il-qtil ta’ Jan Kuciak u l-għarusa tiegħu Martina Kusnirova. Kuciak kien ġurnalist investigativ li kien qed jikxef il-korruzzjoni li hemm fil-Gvern.

Denisa Sakova
Wara l-qtil ta’ Kuciak kien hemm protesti kbar fit-toroq ta’ Bratislava u diversi riżenji fosthom anki tal-Prim Ministru tal-pajjiż.
Protesti li hemm indikazzjoni li se jkomplu. Sakova kienet id-deputat tal-Ministru tal-Intern preċedenti, Robert Kalinak.
Il-President tal-pajjiż Andrej Kiska kien fost dawk li kritika n-nomina tagħha iżda ma setgħax ma jagħtix il-ġurament tal-ħatra. Dan minħabba l-Kostituzzjoni Slovakka. Barraminhekk, in-nies iridu li l-Ministru tal-Intern ġdid ikun persuna indipdenti minħabba dak li kixef Kuciak dwar l-intriċċi tal-Gvern u r-rabtieti mal-Mafia Taljana.
Kien hemm persuna newtrali, Tomas Drucker, li kien ħa post Kalinak imma dan irriżenja l-ġimgħa li għaddiet.
Minħabba l-qtil ta’ Kuciak, issa hemms tennija għar-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija. Tibor Gaspar, il-Kummissarju preżenti, qabel li jirriżenja wara xhur ta’ protesti kontriħ la darba jkun hemm Ministru tal-Intern ġdid.