Lokali

Numru ta’ feruti wara ħabta bejn żewġ karozzi li spiċċaw imdaħħla f’siġra

Numru ta’ persuni weġġgħu u kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li lbieraħ filgħaxija kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.15pm fi Triq Notabile, fejn karozza tat-tip Toyota Vitz għal xi raġuni ħabtet ma’ karozza tat-tip Peugeot 107, li eventwalment baqgħu deħlin f’siġra.

Fil-karozza tat-tip Toyota, li kienet misjuqa minn raġel ta’ 63 sena, kien hemm ukoll mara ta’ 60 sena u raġel ta’ 36 sena, li sofrew feriti ħfief.

Il-kundizzjoni ta’ saħħet ix-xufier s’issa għadha mhix magħrufa.

Fil-karozza tat-tip Peugeot kien hemm biss ix-xufier, żagħżugħ ta’ 29 sena mill-Mosta, li fortunatament ma sofra l-ebda feriti.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.