Arkitett Malti u l-istudio tiegħu, ibbażati f’Londra, intagħżlu biex jiddiżinjaw 20 kiosk li għandhom jitpoġġew fir-Royal Parks ta’ Londra, jiġifieri Hyde Park, Green Park, St James’s
Park u Victoria Tower Gardens.
L-għażla tal-perit Malti Jonathan Mizzi hi sinifikanti hekk kif hu fdat f’dik li hi meqjusa bħala l-ikbar bidla f’dak li għandu x’jaqsam mal-catering f’żoni miftuħa taċ-ċentru ta’ Lodnra fl-aħħar ġenerazzjoni.
Il-kiosks ta’ Studio Mizzi għandhom l-għan li jtejbu l-esperjenza ta’ dawk li jżuru dawn il-ġonna u x-xogħol jinkludi l-istallazzjoni ta’ għaxar mobile kiosks free standing kif ukoll tliet kiosks oħra rinnovati.
L-idea hi li l-kiosks jagħtu idea ta’ siġra, bl-iskop li jikkumplimentaw l-ambjent tal-ġonna, b’bins li ma jagħtux fl-għajn u magħmula minn materjal ta’ kwalità.






