Avigdor Lieberman, il-Ministru tad-Difiża Iżraeljan, qal ċar u tond li jekk ikun hemm kwalunkwe tip ta’ attakk Iranjan kontra Tel Aviv, Iżrael kien se jirritalja kontra Tehran.
Il-kummenti ta’ Lieberman saru wara li żdiedet it-tensjoni mal-Iran partikolarment minħabba dak li qed jiġri fis-Sirja fejn l-Iran għandu wkoll it-truppi jgħin ir-reġim.
Lieberman insista li Iżrael ma riedx gwerra imma kien se jkun hemm tweġiba għal attakk Iranjan.
Hu qal dan f’kummenti lis-sit eletroniku Għarbi Elaph.
Tel Aviv hi l-kapitali kummerċjalit a’ Iżrael u fejn hemm il-kwartieri ġenerali militari u l-Iran, li ma jgħarafx lill-Istat Iżraeljan, spiss jhedded li jattakka l-belt.
It-tensjoni iżda bdiet tbaqbaq aktar mis-soltu wara l-10 ta’ Frar meta drone armat li wara rriżulta kien Iranjan, daħal fl-ispazju tal-ajru Iżraeljan mis-Sirja. Iżrael imbagħad kien ritalja u fid-9 ta’ April attakka bażi Sirjana li fih inqatlu suldati Iranjani. Attakk li l-Iran qal Iżrael kien se jpatti għaliħ.
Lieberman qal ukoll li żrael ma kienx se jippermetti li l-Iran jistabilixxi ruħu fis-Sirja u fejn jara dan isseħħ kien se jattakk.
Tensjoni bejn l-Iran u Iżrael


