Għawdex Lokali

AĠĠORNATA: Tlieta l-isptar wara inċident f’Għajnsielem – raġel isofri feriti gravi

Raġel ta’ 34 sena mix-Xagħra jsofri feriti graviti wara li inċident bil-karozza fi Triq l-Imġarr, f’Għajnsielem. Il-pulizija qalulna li l-karozza kienet qed tinstaq minn mara ta’ 32 sena, residenti x-Xagħra wkoll, u fiha kien hemm bħala passiġġieri ir-raġel ta’ 34 sena u kif ukoll raġel ieħor ta’ 37 sena residenti ż-Żurrieq.

Kelliema tal-pulizija qalulna li vettura tat-tip Isuzu tilfet il-kontroll u ħabtet ma’ vann tal-Protezzjoni Ċivili tat-tip Iveco. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.10am.

Mill-ewwel fuq il-post ġiet imsejħa l-assistenza ta’ tim mediku u ambulanza, li ħadu minnufih lit-tliet persuni l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Aktar tard ir-raġel ta’ 37 sena ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief. Il-kundizzjoni tal-mara għadha mhux magħrufa.