Lokali

ARA: Għal ftit ma jinfaqax wara li saq ‘wrong side’

Ara il-mument li fih żewġ vannijiet kienu ser jaħbtu, hekk kif vann minnhom prova jaqbeż numru ta' karozzi b'veloċita' qawwija u ħelisha bi sbrixx

Filmat li qed idur fuq il-media soċjali juri vann isuq fuq il-karreġġjata l-ħażina fejn fortunatament ħelisha ħafif.

Il-filmat juri vann abjad tat-tip Ford qed isuq b’veloċita’ qawwija, fejn f”ħin minnhom jipprova jaqbeż l-karozza li qegħda tirrekordja l-filmat. F’dak il-mument minkejja li żied fil-veloċita’, is-sewwieq tal-vann abjad baqa’ jsuq fuq il-karreġġjata l-ħażina u prova jaqbeż aktar minn karozza waħda.

Il-karozza ta’ quddiem nett kienet karozza tat-tagħlim.

F’mument minnhom sab vann ieħor ġej kontrih, fejn irnexxielu jidħol bi sbrixx quddiem il-karrozzi ta’ quddiemu. Fil-filmat jidher ukoll ix-xokk fuq is-sewwieq tal-vann li kien ġej fid-direzzjoni opposta.