Lokali

ARA KIF IKKONTROLLAW IS-SITWAZZJONI: Karozza tieħu n-nar f’Ta’ Xbiex

Karozza li kienet ipparkjata f’Ta’ Xbiex ħadet in-nar u f’temp ta ftit minuti membri tat-tifi tan-nar tal-Protezzjoni Ċivili ħadu ħsieb li jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

Kumment fuq facebook tal-persuna li ħa l-filmat qal li l-ħaddiema tat-tifi tan-nar damu biss erba’ minuti biex jaslu fuq il-post, u ħames minuti oħra biex is-sitwazzjoni tkun taħt kontroll. Kelliema tal-Pulizija qalulna li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Segwi dan kollu fil-filmat t’hawn fuq.

Filmat: Jamie Sammut