Lokali

Fanali tat-triq jitqaċċtu minn vetturi mdaqqsa

Żewġ fanali ħdejn xulxin fl-istess triq sfaw mqaċċta minħabba vetturi għoljin, wieħed minnhom ilu x-xhur f'dak l-istat

Ritratti li qed jiċċirkolaw il-media soċjali juru żewġ fanali fi Triq Braille f’Santa Venera, fejn hemm fanal tat-triq imdendel u ieħor bil-wires tad-dawl mikxufin.

Jidher li dawn il-fanali tqaċċtu minn posthom kawża ta’ vetturi għoljin li jgħaddu minn din it-triq. Skont informazzjoni li wasslet, jidher li l-fanal maqlugħ bil-wires mikxufin ilu f’dak l-istat għal madwar erba’ xhur. Filwaqt li l-fanal imdendel ilu hekk għal jumejn, u nittammaw li d-destin tiegħu ma jkunx bħal fanal l-ieħor.

Għaldaqstant qed isir appell biex din is-sitwazzjoni tiġi rrimedjata qabel ma jseħħ xi inċident u jweġġa’ xi ħadd.