Sevilla keċċew lill-kowċ Vincenzo Montella li kien ilu biss imexxi lit-tim sa minn Diċembru li għadda.
Din l-aħbar tasal wara li tard il-Ġimgħa filgħaxija Sevilla tilfu kontra Levante u b’hekk jinsabu f’riskju li jkunu relegati.
Sevilla dehru li kienu se jimpressjonaw wara li eliminaw lil Manchester Utd miċ-Champions League imma mbagħad tilfu ħames darbiet u anke l-finali tat-Tazza tar-Re kontra Barcelona.
Din hi t-tieni darba f’dan l-istaġun li Montella tkeċċa minn kowċ hekk kif kien tilef postu ma’ Milan fis-27 ta’ Novembru li għadda.
Maradona jħalli lil Al-Fujairah
L-eksplejer leġġendarju tal-Arġentina li kien qed imexxi lit-tim ta’ Al-Fujairah, Diego Maradona, ħalla postu wara li t-tim naqas milli jikseb il-promozzjoni għall-Ewwel Diviżjoni tal-kampjonat tal-Emirati Għarab Magħquda.
Al-Fujairah naqqqsu milli jiġu promossi wara li ġew draw 1-1 kontra Khorfakkan. Maradona kien beda jmexxi lil Al-Fujairah f’Mejju tal-2017.
//= $special ?>