Wara li lbieraħ id-Direttur Eżekuttiv tal-Europol, Rob Wainwright, ilmenta li l-kooperazzjoni mill-Pulizija ta’ Malta fl-investigazzjoni tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia mhix l-aqwa possibbli, il-Pulizija Maltija ħarġet stqarrija tgħid li tinsab sorpriża għal dawn il-kummenti.
Fl-istqarrija, il-Pulizija ta’ Malta qalet li hi qatt ma ġiet infurmata fejn tista’ ttejjeb l-investigazzjonijiet taghħa, u sal-bieraħ kienet qed tiddiskuti t-triq ‘il quddiem fl-investigazzjoni dwar l-qtil makabru tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Issa l-Pulizija qed tistenna b’mod urġenti kjarifikazzjoni minn naħa tal-Europol biex tifhem x’ried jgħid id-Direttur Eżekuttiv tal-Europol Rob Wainwright. Dan filwaqt li l-Pulizija żiedet tgħid li l-media qed tinterpreta ħażin il-kumment ta’ Rob Wainwright.
Il-Pulizija rriteniet li ma tistax tikkummenta dwar il-mertu tal-investigazzjoni tagħha.
Madanakollu, il-Pulizija ta’ Malta tenniet li hi dejjem fittxet għall-assistenza tal-Europol, u dejjem pruvat iżżomm relazzjoni miftuħa dwar l-investigazzjoni fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Aqra r-reazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv tal-Europol:
//= $special ?>“Il-kooperazzjoni bejn il-Pulizija Maltija u l-Europol mhix l-aqwa possibbli” – il-Kap tal-Europol