Il-fotografu u l-artista Tom Lee, mill-Ingilterra, qed itella’ esebizzjoni tal-arti tiegħu. L-esibizzjoni ta’ arti b’kunċetti partikolari ingħatat l-isem ta’ ‘Illusions of Reality’.
L-arti tiegħu hi magħmula minn numru ta’ ritratti mpoġġijin fuq xulxin sabiex joħolqu immaġini ddettaljata. Intant l-arti tiegħu tgħid storja. Permezz ta’ din l-esibizzjoni huwa irnexxilu iwassal diversi ideat li kellu li huma difficli sabiex jesprimihom jekk mhux permezz tal-arti.
Net News staqsa lil Tom Lee għaliex għażel lil Malta sabiex jesebixxi l-arti tiegħu.
Huwa qalilna huwa li jispera li din l-esebizzjoni tispira lill-pubbliku filwaqt li jesploraw vjaġġ permezz tal-arti.
//= $special ?>