Lokali

Inċident tat-traffiku taħt il-mina ta’ Bormla

Mara ta’ 40 sena kellha tittieħed l-isptar wara ħabta bejn żewġ vettturi.

Kien għall-ħabta tat-8.15 ta’ filgħodu, fejn seħħ inċident tat-traffiku taħt il-mina ta’ Bormla. Il-mara, li hi minn Bormla stess, ittieħdet lejn l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza biex tirċievi aktar kura.

Sorsi li tkellmu ma’ NET News qalu li aktarx karozza minnhom tilfet il-kontroll u baqgħet dieħla fil-vettura l-oħra.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.