In-nies jistħoqqilhom li jkunu jafu min għamel profitt ta’ $40 miljun fid-deal ħażin li l-Gvern għamel għax-xiri tal-gass LNG mingħand is-SOCAR tal-Ażerbajġan.
Dawn l-$40 miljun setgħu intużaw b’għaqal biex ikun hemm traħħis fil-kontijiet tad-dawl, mhux biss residenzjali imma ukoll kummerċjali.
Il-Forum Intrapriżi Żgħar u Medji fi ħdan il-Partit Nazzjonalista jerġa’ jistaqsi għalfejn inħbew ħafna dettalji mill-kuntratt għax-xiri tal-gass, u issa sar magħruf li xi ħadd għamel profitt ta’ $40 miljun.
Il-Forum jgħid li dawn il-miljuni setgħu għenu biex jorħsu l-kontijiet tad-dawl għall-intrapriżi u għall-familji, kieku l-gass inxtara bil-prezz li suppost u mhux b’dan id-deal ħażin.
//= $special ?>