It-tfajla ta’ 16-il sena, Amy Marie Borg, illejla, mistennija tagħti spettaklu fuq il-programm Ingliż Britain’s Got Talent.
Amy dehret bħala waħda mil-finalisti tal-Junior Eurovision Song Contest u ila tkanta għal dawn l-aħħar tliet snin. Hija kienet ukoll parteċipanta fl-ewwel edizzjoni tal-kompetizzjoni tal-kant fuq The Entertainers, fl-2015.
Amy qed tissemma’ mill-media Ingliża bħala waħda mill-kantanti li għaliha hemm stennija waqt il-programm tal-lejla. Mal-media Ingliża, Amy qalet li tinsab eċitata iżda nervuża fl-istess ħin. Waqt l-audition tagħha, il-membru tal-ġurija, Simon Cowell, qal lil Amy li permezz tal-vuċi tagħha hija mliet il-kamra, filwaqt li Amanda Holden qaltilha li l-vuċi tagħha għandha livell ta’ maturità għoli.
Amy għandha bżonn tliet voti minn erbgħa favuriha sabiex tgħaddi għar-round li jmiss.
//= $special ?>