Raġel li ħebb għal ommu u oħtu bil-konsegwenza li kkawżalhom xi ġrieħi nżamm arrestat, bil-Maġistrat Donatella Frendo Dimech tiddikjara li vjolenza fuq membri tal-familja m’għandha qatt tiġi ġustifikata.
Il-każ seħħ il-Ġimgħa li għadda meta Lowell Fenech, li għandu 32 sena, mar fir-residenza fejn jgħixu ommu u oħtu u talabhom biex imur jgħix magħhom.
Meta rrifjutaw it-talba tiegħu, Lowell sar agressiv, heddidhom bil-mewt u saħansitra attakkahom.
It-talba għall-ħelsien mill-arrest ġiet rifjutata hekk kif għad fadal xhieda li jridu jixhdu. Fl-istess waqt il-Maġistrat ordnat li jingħata trattament biex jikkontrolla r-rabja tiegħu kif ukoll ordnat protezzjoni għall-familja tiegħu.
//= $special ?>