Lokali Mużika

FILMAT: Maltija fuq Britain’s Got Talent timpressjona lil kulħadd

Iż-żagħżugħa Maltija ħalliet lil kulħadd impressjonat bil-vuċi tagħha

Amy Marie Borg, żagħżugħa ta’ 16-il sena mir-Rabat, marret tieħu sehem f’wieħed mill-aktar programmi segwiti fir-Renju Unit – u ħalliet lill-ġurija impressjonata bil-vuċi b’saħħitha tagħha.

Amy għażlet li tkanta s-silta Nella Fantasia, kanzunetta klassika li għaliha jrid ikollok vuċi operistika. Iżda Amy irnexxielha tħalli l-marka tagħha mhux biss fuq il-ġurija, iżda anke fuq l-udjenza li nfexxet f’delirju u ċapċip hekk kif lestiet tkanta.

Fil-passat, Amy dehret bħala waħda mil-finalisti tal-Junior Eurovision Song Contest u ila tkanta għal dawn l-aħħar tliet snin. Hija kienet ukoll parteċipanta fl-ewwel edizzjoni tal-kompetizzjoni tal-kant fuq The Entertainers, fl-2015.