Iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri, irċieva kuntratti għal total ta’ €425,000 mindu l-Partit Laburista ħa l-poter fl-2013.
Minn dan it-total, €318,000 ġew minn entitajiet li jaqgħu direttament taħt il-kontroll tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Minkejja li Keith Schembri m’għadux direttur tal-kumpaniji tiegħu, hu xorta waħda għandu interess finanzjarju dirett hekk kif iżomm shareholding ta’ 99.9%.
Biss biss matul ix-xahar li għadda Schembri rebaħ tender ta’ €94,000 biex jistalla makkinarju għall-ipprintjar fl-istamperija tal-Gvern, li wkoll taqa’ taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Dan apparti €193,000 oħra f’kuntratti mill-2013 sa llum biex kumpaniji ta’ Keith Schembri jissuplixxu l-karti lill-istamperija tal-Gvern.
Minn entità oħra li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-uffiċċju tal-Prim Ministru, l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, il-kumpanija ta’ Schembri kisbet tender ta’ sentejn għal valur ta’ €30,000.
//= $special ?>
