Lokali

Il-Maltin l-iktar fost l-Ewropej li jemmnu f’diskriminazzjoni politika

Studju ppubblikat mill-Eurobarometer juri li l-Maltin huma l-iktar fost l-Ewropej li jilmentaw minn diskriminazzjoni politika.

Filfatt pajjiżna jinsab l-ewwel f’din il-lista, li titratta l-ġustizzja u inugwaljanza fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea bi 8% tal-Maltin li jsemmu fastidju jew diskriminazzjoni politika.

Wara pajjiżna, wieħed isib l-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka u l-Ungerija waqt li l-medja hi biss ta’ 2%, 4% inqas minn dak irreġistrat f’Malta.

L-istudju sar f’Diċembru li għadda, fejn ġew mistoqsija 28,031 ċittadin tal-Unjoni Ewropea.

Barra minn hekk f’pajjiżna, hawn ukoll 9% tal-popolazzjoni li temmen li hu kruċjali li wieħed ikollu konnessjonijiet politiċi biex javvanza. Huma biss 17% tal-Maltin li li jemmnu li bil-ħila tagħhom fuq il-post tax-xogħol jistgħu javvanzaw fil-ħajja.

Statistika oħrġa negattiva għal pajjiżna hi li Malta tinsab ma’ tal-aħħar b’34% biss jemmnu li għamlu titjib fuq il-mod ta’ għixien tan-nanniet tagħhom.