Dawk li jħaddmu f’pajjiżna huma mħassba li l-gass bi prezz ogħla minn dak tas-suq li Gvern Laburista rabat lil pajjiżna bih għal għaxar snin qed inaqqas il-kompetittività ta’ Malta.
F’kummenti lil The Sunday Times, il-President tal-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem, Joe Farrugia, jingħad li kawża ta’ dan pajjiżna jinsab fi żvantaġġ hekk kif in-negozji lokali u l-konsumaturi qed iħallsu rati ogħla.
Dan joħroġ ftit jiem wara li dokumenti żvelati mill-konsorzju ta’ ġurnalisti internazzjonali, bħala parti minn ‘The Daphne Project’, jikkonfermaw li pajjiżna qed jitlef għexieren ta’ miljuni ta’ ewro kull sena mill-ftehim li l-Gvern Malti ffirma mal-Ażerbajġan.
It-tħassib kien rifless ukoll mill-GRTU, li tirrappreżenta lin-negozji żgħar u medji, bil-President Paul Abela li ħeġġeġ lir-regolatur biex jintervjeni.
Jidher ċar, iddikjara Abela, li pajjiżna qed jiddependi iktar fuq l-interconnector, ladarba kull darba li jinqata’ d-dawl, il-Gvern iwaħħal fi problemif fl-interconenctor.
//= $special ?>
