Waqt li l-poplu Malti qed iħallas iktar mill-prezz tas-suq għall-gass, kumpaniji b’rabta ma’ Keith Schembri kienu qed jakkwistaw tenders ta’ għexieren ta’ eluf ta’ ewro.
Filfatt iktar kmieni din il-ġimgħa sar maħruf li anke hawn wieħed isib rabta maċ-Chief of Staff Keith Schembri.
Dan hekk kif, korrispondenza u dokumenti li ġew żvelati fl-aħħar jiem juru li kumpanija li għandha rabta ma’ Schembri hi nvoluta fil-kumpanija Electrogas.
Il-kumpanija Berner, li fiha bħala sħab hemm l-istess Keith Schembri u Malcolm Scerri, akkwistat mal-€40,000 talli ssupplixxiet apparat biex tinbena l-power station.
Berner inħolqot biss xahrejn qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013 u ħadet ukoll kuntratti oħra u direct orders minn ministeri tal-Gvern Laburista.
L-istess Keith Schembri li qed jiġi investigat fuq suspett li ħa €100,000 f’kickbacks mill-bejgħ tal-passaporti, akkwista wkoll €81,000 minn diversi entitajiet li tagħhom hu responsabbli l-Ministeru tat-Trasport u Infrastruttura, b’mod speċjali minn Transport Malta.
//= $special ?>

