Il-partit li qed imexxi l-Gvern tal-Armenja qal li mhux se jippreżenta kandidat għall-vot parlamentari ta’ nhar it-Tlieta għal Prim Ministru ġdid. Dan jidher li qed isir f’tenattiv biex tonqos it-tensjoni bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni u meta l-poplu jinsab mgħaddab għall-amministrazzjoni f’Yerevan.
L-irtirar mill-vot ifisser li l-Prim Ministru ġdid tal-Armenja mhux se jkun membru tal-Partit Repubblikan għall-ewwel darba mill-1999. Dan il-partit, li ilu s-snin jiddomina l-politika lokali qal li se jappoġġja lil kandidat ieħor dakinar tal-vot.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Nikol Pashinyan, sadanittant, sostna li għandu jkun hu il-mexxej ġdid tal-Armenja.
Pashinyan kien mexxa l-protesti tal-massa li fit-23 ta’ April wasslu għar-riżenja tal-aħħar Prim Ministru Armen, Serzh Sargsyan. Hu, issa, qed jgħid li f’każ li jkun elett se jesiġi għal elezzjonijiet bikrija fl-Armenja. Dan waqt li Parshinyan kompla jħeġġeġ lis-sostenituri tiegħu biex ikomplu bil-protesti fit-toroq.
//= $special ?>

