It-telfa ta’ 4-1 li Chievo Verona sofrew kontra Roma kompliet tpoġġihom f’sitwazzjoni kumplikata fil-klassifika. Kawża ta’ dan, Chievo ħadu deċiżjoni li jneħħu lill-kowċ Rolando Maran wara erba’ staġuni.
Chievo kellhom bidu tajjeb fl-istaġun iżda minn Novembru rebħu biss tliet logħbiet. Hu kien daħal fit-tmexxija tat-tim minn Verona fit-18 ta’ Ottubru tal-2014 wara telfa ta’ 3-0 proprju kontra Roma, fejn kien ħa post Eugenio Corini.
Minflok Maran, inħatar il-kowċ tal-Primavera Lorenzo D’Anna li se jkun qed imexxi t-tim fl-aħħar tliet logħbiet. D’Anna li għandu 46 sena, lagħab għal snin twal ma’ Chievo fil-karriera ta’ plejer, fejn fosthom kien parti mit-tim li akkwista l-promozzjoni għall-ewwel darba fis-Serie A.
//= $special ?>