Is-Segretarju tal-Istat ġdid Amerikan, Mike Pompeo enfasizza l-ħtieġa għall-għaqda fost il-pajjiżi tal-Golf, waqt żjara qasira f’Riyadh, il-kapitali tal-Arabja Sawdija.
Il-kumment għandu sinifikat partikulari meta l-Istati Uniti qed taħseb biex tkattar appoġġ mill-alleati għal sanzjonijiet ġodda fil-konfront tal-Iran fundamentalista.
Pompea aċċerta lill-mexxejja Sawdi li l-Istati Uniti se tabbanduna l-ftehim nukleari tal-2015 mal-Iran dment li ma jintlaħaqx qbil għal titjib f’dan il-ftehim, waqt taħditiet mas-sieħba Ewropej.
Il-bidla speċifika fil-ftehim li trid l-Istati Uniti għandha tinvolvi klawżola li taċċerta li l-Iran ma jkun qatt fil-pussess ta’ armamenti nukleari.
Pompeo li ftit ilu temm iż-żjara fl-Arabja Sawdija b’laqgħa mar-Re Sawdi, Salman, qal ukoll li l-Iran qed jiddistabbilizza lir-reġjun sħiħ tal-Golf. Is-Segretarju Amerikan imbagħad ivvjaġġa lejn Iżrael għal laqgħat mal-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu li hu avversarju qalil tal-Iran.
//= $special ?>

