Futbol Sport

FUTBOL SKOĊĊIŻ: Celtic inkurunati champions

Fi tmiem il-ġimgħa Celtic rebħu l-kampjonat Skoċċiż għas-seba’ darba konsekuttiva u d-49 darba fl-istorja tagħhom. Huma għamlu dan bl-aqwa mod possibbli hekk kif aċċertaw mir-rebħ tat-titlu b’rebħa ta’ 5-0 kontra r-rivali Rangers.

Għal Celtic skurjaw Odsonne Edouard, li għamel doppjetta, James Forrest, Tom Rogic u Callum McGregor.

Issa jistgħu jirbħu t-‘Treble’ għat-tieni sena konsekuttiva jekk fil-finali tat-tazza domestika jegħlbu lil Motherwell.