Lokali

Il-kiosks tat-Tritoni ġew jiswew mal-€400,000

Kritika kbira għad-disinn "fqir" li ma jikkumplimentax il-pjazza

Il-famużi “kiosks” li tpoġġew fid-daħla tal-Belt ġew jiswew €40,000 kull wieħed. Dan skont sorsi li tkellmu illum mat-Times of Malta.

Jirriżulta li l-10 kontejners li se jintużaw bħala kiosks fi Pjazza Tritoni ġew jiswew b’kollox €400,000 u ġew manifatturati minn kumpanija Spanjola fuq direct order tal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (GHRC).

Il-kontejners ġew kirtikati immens minħabba d-disinn tagħhom li ma jikkumplimenta xejn id-daħla tal-kapitali.