Lokali

INVESTIGAZZJONI: It-traffikar ta’ nisa mill-Filippini lejn Malta

"Ħallasna 10,000 ewro biex wasalna biss sa Malta"

L-istazzjon internazzjonali ABS-CBN News din il-ġimgħa xandar servizz dettaljat dwar is-sitwazzjoni ta’ sfruttament li qed jgħaddu minnha numru ta’ nisa Filippini sabiex jinġiebu jaħdmu Malta – sitwazzjoni deskritta mill-istazzjon fil-Filippini bħala każ ċar ta’ traffikar ta’ persuni.

Dan l-istazzjon barrani qed jirrapporta kif 3 Filippini ġew miżmuma mill-Pulizija f’Malta minħabba “anomalija” fil-permess tax-xogħol tagħhom.

Ħafna minn dawn il-Filippini jaħdmu bħala fattigi jew ħaddiema fir-restoranti.

ABS-CBN intervistaw lit-tliet nisa b’mod anonimu, u huma rrakkuntaw kif skont huma ħasbu li Malta hi ġenna. U spiċċa ħallsu mal-€10,000 biex ġabuhom f’pajjiżna.

It-tliet nisa qed jitolbu l-intervent dirett tal-President tal-pajjiż Rodrigo Duterte, u qed jinsistu li huma mhux kriminali.